Duration 1:7

JINŻAMMU ARRESTATI FUQ SERQ

405 watched
0
4
Published 6 Aug 2021

ONE.COM.MT • Ngħaddu issa għal ġabra t’aħbarijiet mill-awli tal-Qorti KITBA: FRANCESCO BORG FILMAT: ARKIVJI Raġel ta’ sitta u erbgħin sena u mara ta’ ħamsa u ħamsin sena baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li serqu minn fuq raġel ta’ tlieta u erbgħin sena. Fil-Qorti ntqal li l-każ seħħ nhar l-Erbgħa li għadda fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira, fejn il-vittma kien miexi fil-ġnien, meta avviċinawh iż-żewġ akkużati li waqfuh, heddewh u serqu minn fuqu. Ħidma konġunta bejn il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tar-Rapid Intervention Unit, wasslet biex f’inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa jarrestaw waħda mill-allegat ħallelin. Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ż-żewġ akkużati ma ammettewx l-akkużi miġjuba kontrihom. ĊEK JITLEF APPELL GĦALL-ESTRADIZZJONI Ċek li allega li nħataf f’Għawdex u li ġie mġiegħel jiffirma dokumenti inkriminanti meta ġie arrestat fuq Mandat ta’ arrest Ewropew lura f’Jannar tal-elfejn u tmintax tilef appell kontra l-estradizzjoni tiegħu. Madankollu, jista’ jkun illi se jiskonta s-sentenza tiegħu ġewwa pajjiżna. Marek Draga huwa mfittex mill-awtoritajiet Ċeki biex jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs talli kien involut f’evażjoni tal-VAT u frodi.

Category

Show more

Comments - 0